Events
01 ta' Ottubru 2022

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ waqt in-Notte Bianca

  • Post: Il-Bank Ċentrali ta' Malta
  • Data Minn: 01/10/2022 18:00:00
  • Data Sa: 01/10/2022 23:00:00
  • Persuna għall-kuntatt: Daniele Romano/Rose Fenech
  • Email għall-kuntatt: Contact Us Form

Notte Bianca 2022

Bi pjaċir inħabbru li din is-sena l-Bank ser jerġa jkun qed jipparteċipa fin-Notte Bianca li ser issir nhar is-Sibt, 1 ta Ottubru 2022.

Il-Bank ser ikun miftuħ għall-pubbliku bejn is-18:00 u l-23:00. L-Upper u l-Lower Gardens tal-Bank ser ikunu wkoll miftuħin u ser joffru varjetà ta’ attrazzjonijiet. 

notte bianca 2022

notte bianca 2022

notte bianca 2022

 

Fil-Mużew tal-Flus tal-Bank, il-viżitaturi ser ikollhom l-opportunità li jżuru għażla mill-isbaħ ta’ muniti u karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni f'Malta matul iż-żminijiet, u kif ukoll iċ-ċans li jixtru varjetà ta’ muniti numiżmatiċi u għall-kollezzjonisti mill-Malta Coin Centre. Espert dwar il-karti tal-flus foloz ser jagħti wkoll informazzjoni siewja lill-viżitaturi.

B’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tad-Dwana ser ikollna l-famuż Żekkin, il-kelb iswed tar-razza Labrador sponsorjat mill-Bank li ser jagħti dimostrazzjoni ta’ kif tiġi skoperta kriminalità relatata mal-flus. Żekkin ser jipparteċipa f’eżerċizzji ta’ simulazzjoni fl-Upper Garden, flimkien ma’ kelb ieħor tat-tfittxija f’wirja kollettiva. 

Qed tiġi organizzata wkoll wirja tal-bonsai b’kollaborazzjoni mal-Grupp Kulturali tal-Bonsai, filwaqt li l-mużika live f’idejn il-band lokali Pomelia’s Band. Mużiċisti żgħażagħ mill-Orkestra taż-Żgħażagħ ta Malta ser iferrħu wkoll lill-pubbliku bil-mużika tagħhom fil-binja prinċipali tal-bank. 

Xogħlijiet tal-arti mill-impjegati ser ikunu esibiti fil-Binja tal-Polverista, oriġinarjament mibnija bħala maħżen tal-porvli, filwaqt li ser isiru tours virtwali tal-Librerija tal-Bank. Dan ser jagħti lill-viżitaturi l-opportunità li virtwalment iżuru l-ġabra vasta u prestiġjuża ta' kotba, ġurnali u pubblikazzjonijiet quddiem Binja Laparelli.

Ritratti: Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju