24 ta' Settembru 2021
Simpożju - Ħruġ ta' munita numiżmatika li tfakkar il-mitt sena mill-kostituzzjoni tal-1921 li tat tmexxija awtonoma lil Malta
- Post:
Parliament TV
- Data Minn:
24/09/2021 15:00:00
- Data Sa:
24/09/2021 16:30:00
- Persuna għall-kuntatt:
Mr Emanuel Cachia
- Email għall-kuntatt:
Formola Elettronika
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser iniedi munita numiżmatika tal-fidda li tfakkar il-mitt sena mill-kostituzzjoni tal-1921 li tat tmexxija awtonoma lil Malta.
Il-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, ser jippreżenta munita lill-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anġlu Farrugia fi tmiem simpożju li ser isir fil-Parlament biex jitfakkar dan l-anniversarju. L-avveniment ser isir nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru fit-3pm u ser jiġi mxandar dirett fuq l-istazzjon televiżiv tal-Parlament u kif ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

Lura lejn l-Arkivju