Events
02 ta' Ġunju 2020

The L'Isle Adam Choir Books

  • Post: Facebook Live: Central Bank of Malta - Events
  • Data Minn: 02/06/2020 18:00:00
  • Data Sa: 02/06/2020 19:00:00
  • Persuna għall-kuntatt: Ms Vanessa Macdonald
  • Email għall-kuntatt: [email protected]

Lekċer Pubblika Virtwali mtellgħa mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta

Theresa Zammit Lupi
 Conservation Consultant, The Notarial Archives ERDF Project

The L'Isle Adam Choir Books

Dr Zammit Lupi ser tagħti lekċer dwar il‑ktieb tagħha fuq Facebook Live fit‑2 ta’ Ġunju fis‑6pm, l‑ewwel lekċer pubblika virtwali li qiegħda tiġi organizzata mill‑Bank.
Din il‑lekċer ser tixxandar live fuq il‑paġna Central Bank of Malta – Events.

Dr Zammit Lupi ser titkellem dwar l‑istorja tal‑kollezzjoni mużikali u liturġika l‑iktar sinifikanti ta’ Malta, li tinsab fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann. Il‑lekċer fuq Facebook Live ser tkopri l‑istorja tal‑kollezzjoni, it‑tekniki ta’ manifattura tal‑weraq tal‑parċmina, l‑illuminazzjonijiet u t‑tgħaqqid, u ser tfassal paralleli ma’ manuskritti simili oħra f’Malta u barra minn Malta.

Youtube Podcast

              The L'Isle Adam Choir Books - Dr Theresa Zammit Lupi

Theresa Zammit Lupi

Lura lejn l-Arkivju