Events
09 ta' Diċembru 2019

The Early Years of Banking in Malta

Lekċer Pubblika fil-Bank Ċentrali ta' Malta

Dr John Consiglio
Lecturer - Faculty of Economics, Management & Accountancy, University of Malta
Author of a number of books on Malta’s banking history and the history of banking in the Mediterranean

The Early Years of Banking in Malta

What was banking like in its early years in Malta?
Since when have we had banks in Malta?
Which were the country’s first banks?
What was banking like in those times?

 X’hemm komuni bejn kumpanija ta’ ħajjata tas‑seklu 19 bl‑isem Buckley and Falzon u l‑aġenzija tat‑tbaħħir James Bell, il‑prekursur ta’ Thos. Smith and Co.? Dawn it‑tnejn kienu jipprovdu servizzi bankarji f’Malta, fi żmien meta dawn is‑servizzi ma kinux regolati b’mod strett, u fi żmien meta n‑nies u l-kumpaniji kienu joffru kollox minn self għal kambju ta’ munita barranija, kollha fl‑assenza ta’ banek ‘xierqa’.

Dawn il‑fatti affaxxinanti huma biss ftit mill‑għarfien li ser joħroġ waqt lekċer pubblika dwar is‑snin bikrija tal‑banek f’Malta mill‑istoriku bankarju John Consiglio organizzata mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta.

Dr Consiglio kiteb għadd ta’ kotba u artikli dwar l‑istorja tal‑attività bankarja ta’ Malta u l‑istorja tal‑attività bankarja fil‑Mediterran. Il‑ktieb tiegħu tal‑2006 dwar l‑istorja tal‑attività bankarja f’Malta s’issa jibqa’ l‑uniku reġistru storiku komprensiv dwar is‑suġġett.

Matul dawn l‑aħħar deċennji, permezz tar‑riċerka tiegħu, Dr Consiglio  skopra numru kbir ta’ dettalji minn sorsi li jvarjaw, minn reġistri uffiċjali għal dokumenti li nstabu fi kmamar tal‑bejt. Dan l‑aħħar kien interessanti li wieħed jara li anke antikwarju Amerikan kellu f’idejh kopja tal‑Istatut oriġinali u l‑Lista tal‑azzjonisti fundaturi (iktar minn 80, bil‑biċċa l‑kbira ismijiet Brittaniċi) tal‑ewwel bank uffiċjali f’Malta – l‑Anglo‑Maltese Bank – li twaqqaf fl‑1809. 

Il‑lekċer tiegħu ser tkopri mijiet ta’ snin tal‑attività bankarja f’Malta, minn żmien l‑Ordni ta’ San Ġwann għall‑banek li fil‑bidu tas‑seklu 20 saru l‑prekursuri tal‑istruttura istituzzjonali nazzjonali tal‑lum.

Din il-lekċer pubblika hija miftuħa għall-pubbliku, madankollu meħtieġa reġistrazzjoni b'email fuq [email protected].

Lura lejn l-Arkivju