Financial Stability
05 ta' Ottubru 2019

Il-Bank Ċentrali ta' Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2019

Il‑Mużew tal‑Flus tal‑Bank jinkludi muniti tal-Ordni ta' San Ġwann - Rodi, Malta u Ruma. Dan ser ikunu esebiti waqt in-Notte Bianca, b'hekk tingħata lill‑viżitaturi l‑opportunità li jaraw firxa ta' muniti u karti tal‑flus antiki, moderni u rari li joffru għarfien uniku tal‑istorja ta' pajjiżna.

Il‑viżitaturi jistgħu jixtru muniti numiżmatiċi u tal‑kollezzjoni maħruġa mill‑Bank. Informazzjoni dettaljata dwar karti tal‑flus foloz ser tkun disponibbli waqt in‑Notte Bianca.

Ser ikun hemm divertiment offrut minn mużiċisti ta' talent mill‑Orkestra Filarmonika ta' Malta, u fil‑Bank ser tittella' wkoll wirja tal‑bonsaj organizzata f'kollaborazzjoni mal‑Bonsai Culture Group.

Il‑Bank joffri veduti spettakolari mis‑sit tiegħu fit‑tarf ta' Pjazza Kastilja. 

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2019

Lura lejn l-Arkivju