07 ta' Awwissu 2018
The EU economy – today and tomorrow
- Post:
Bank Ċentrali ta’ Malta, Binja Laparelli, Belt Valletta
Dħul għal Binja Laparelli hu minn Pjazza Tritoni
- Data Minn:
07/08/2018 11:00:00
- Data Sa:
07/08/2018 12:00:00
- Persuna għall-kuntatt:
Dr Aaron G Grech
- Email għall-kuntatt:
publicrelations@centralbankmalta.org

Lekċer Pubblika ġewwa l‑Bank Ċentrali ta' Malta
Is‑Sur Reuben Borg (Direttorat Ġenerali għall‑Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal‑Kummissjoni Ewropea) ser jagħmel lekċer bit‑tema
The EU economy - today and tomorrow
Is‑Sur Borg ser jagħti ħarsa ġenerali lejn l‑istat attwali tal‑ekonomija tal‑UE, u ser jidħol fid‑dettall dwar kif is‑sitwazzjoni evolviet mill‑kriżijiet finanzjarji u tad‑dejn pubbliku. Din in‑narrattiva ser tipprovdi l‑isfond li jikkonferma l‑prospetti tal‑blokk ekonomiku għall‑perjodu fil‑qrib. Is‑Sur Borg, li hu l‑koordinatur tat‑tbassir ekonomiku tal‑UE fi ħdan id‑Direttorat Ġenerali għall‑Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal‑Kummissjoni Ewropea, ser jispjega l‑aħħar sett ta' tbassir makroekonomiku tal‑Kummissjoni u l‑isfidi li ġejjin.
Reġistrazzjoni hija meħtieġa b'email fuq publicrelations@centralbankmalta.org
Lura lejn l-Arkivju