Events
07 ta' Ottubru 2017

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2017

  • Post: Bank Ċentrali ta' Malta, Pjazza Kastilja, Valletta
  • Data Minn: 07/10/2017 18:00:00
  • Data Sa: 07/10/2017 23:00:00
  • Persuna għall-kuntatt: Mr Silvio Attard - (+356) 2550 0000
  • Email għall-kuntatt: info@centralbankmalta.org

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ser jesebixxi diversi muniti antiki akkwistati għall-mużew tiegħu tal-flus, bl-attrazzjoni prinċipali tkun wirja speċjali ta' muniti użati fil-ġojjellerija u għal skopijiet oħrajn. Matul din l-attività, il-viżitaturi jistgħu jżuru l-Malta Coin Centre fejn ikunu jistgħu jixtru varjetà ta' muniti numiżmatiċi u tal-kollezzjoni. Barra minn hekk, il-passaġġ ta' bejn id-dħul għall-Bank faċċata tal-Funtana tat-Tritoni u l-passaġġ li jwassal għal Triq Ġlormu Cassar ser ikun miftuħ għall-pubbliku. F'dan il-passaġġ ser ikun hemm għall-wiri ritratti bit-tema tal-Belt Valletta. Il-viżitaturi jistgħu jżuru wkoll il-Victor Pasmore Gallery u wirja tal-bonsaj imtellgħa f'kollaborazzjoni mal-Bonsai Culture Group fil-ġonna tal-Bank li ġew inawgurati riċentement. 

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2017

Lura lejn l-Arkivju