21 ta' Marzu 2025
Ħu ħsieb flusek!
"Ħu ħsieb flusek!" hu avveniment bil-Malti miftuħ għall-pubbliku li ser isir fil-21 ta' Marzu 2025" fil-Binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Id-dħul huwa minn Pjazza Tritoni. Dan huwa organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) bl-appoġġ tal-Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank), bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea tal-Flus għall-2025. Ser jinkludi interventi mill-Bank, il-membri tal-MBA, ĠEMMA, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u l-Pulizija ta' Malta.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur hawn.
Reġistrazzjoni bil-quddiem hija meħtieġa.

Lura lejn l-Arkivju