Statistika

Formola - Talba għal Estratt mir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu

1 . Imla d-dettalji li ġejjin:

2(a) Jekk qed titlob estratt għal, jew f’isem, Persuna Naturali, imla d-dettalji neċessarji għal mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(b) Jekk qed titlob estratt f’isem Persuna Legali, imla d-dettalji neċessarji għal mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

3. Dokumenti li jridu jiġu sottomessi

(a)    Għal estratti dwar persuni naturali, issottometti kopja skennjata taż-żewġ naħat/tan-naħat kollha tad-dokument ta’ identifikazzjoni (jiġifieri l-Karta tal-Identità (ID) Maltija/Permess tar-Residenza).

(b)     Għar-rappreżentant legali ta’:

(1) persuna naturali, issottometti kopja skennjata taż-żewġ naħat/tan-naħat kollha tad-dokument ta’ identifikazzjoni tagħhom flimkien ma’ dokument ta’ prokura ffirmat;

(2) persuna legali, issottometti d-dokument mitlub f’(1) u kopja tal-Memorandum and Articles of Association tal-kumpanija li turi li r-rappreżentant legali li qed jitlob ir-rapport mis-CCR hu awtorizzat jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-kontroparti. Inkella, issottometti dokument ta’ Riżoluzzjoni tal-Bord abbozzat f’isem il-kumpanija, flimkien man-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija li jagħti s-setgħa lir-rappreżentant legali sabiex jiġbor l-estratt tal-informazzjoni miżmuma fis-CCR.

Kemm id-dokumenti ta’ prokura u kif ukoll ta’ riżoluzzjoni tal-bord għandhom juru b’mod ċar l-identità tar-rappreżentant legali (isem, kunjom, data tat-twelid u l-post tar-residenza permanenti jew indirizz ieħor ta’ konsenja); firem għandhom jiġu attestati (bix-xhieda) minn avukat jew natur u għandhom juru t-timbru tal-avukat/nutar.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jirrikonoxxi t-talba bil-miktub għal estratt mir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu sal-jum tax-xogħol ta’ wara. Jekk ma tasallek l-ebda konferma, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Bank Ċentrali ta' Malta waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju fuq (+356) 2550 4414.

Ċaħda ta’ Responsabbiltà: F'konformità ma' Artikolu 24 tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li ġejjin: (a) ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni dwar skoperturi tal-kreditu; (b) analiżi tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja; (ċ) implimentazzjoni tal-politika monetarja; (d) kumpilazzjoni ta' statistika; u (e) biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tar-riskju ta' kreditu. Għalhekk, din l-informazzjoni m'għandha tintuża għall-ebda skop ieħor bħal pereżempju għal skopijiet ta' reklutaġġ u impjiegi.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiggarantixxi li kwalunkwe data personali pproċessata f’din il-formola għandha tkun skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni lokali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data fis-seħħ fil-mument tal-ipproċessar tad-data, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data – GDPR (Regolament (UE) 2016/679).