Statistika

L-Implimentazzjoni tal-proġett tat-tieni verżjoni tar-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu (CCR)

F'April 2016 il‑Bank Ċentrali ta' Malta (CBM jew 'il‑Bank') nieda r‑Reġistru Ċentrali tal‑Kreditu ta' Malta (CCR jew 'Ir‑Reġistru'). Ir-Reġistru huwa rregolat kemm mill-Att dwar il-Bank (Art. 24)  kif ukoll mid-Direttiva Nru 14 tal-Bank   dwar it-Twaqqif u l-Operat tar-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu. L‑amministrazzjoni tiegħu hija fdata f'idejn l‑Uffiċċju tar-Reġistru tal‑Kreditu fi ħdan id‑Dipartiment tal-Istatistika tal‑Bank.

Fi ħdan l-aġġornament tad‑Direttiva Nru 14 tal-Bank, il‑Bank, l‑istituzzjonijiet ta' kreditu u l‑Bank Malti ta' Żvilupp għadhom mitluba jissottomettu, permezz tal‑portal tas‑CCR, fuq bażi ta' kull xahar data mhux anonimizzata ta' skoperturi li jaqbżu l‑limitu minimu ta' €5000.

Madankollu, bl-introduzzjoni tas-CCRv2, il-Bank kabbar il-lista tal-istituzzjonijiet tar-rapportar tas-CCR sabiex tinkludi bħala parteċipanti: (a) istituzzjonijiet finanzjarji (FIs) u (b) Korporazzjonijiet ta' Vetturi finanzjarji (FVCs) li joffru skoperturi li jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji deskritti fid-Direttiva Nru 14. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tar-rapportar jistgħu jistaqsu/iniżżlu data mir-Reġistru bil-kunsens (fejn applikabbli) kemm dwar kontropartijiet legali kif ukoll dawk naturali.

Matul is-snin, il-Portal tas-CCR żviluppa sabiex jittejjeb kontinwament is-servizz offrut minnu. Madankollu, bl-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u minħabba ż-żieda fid-domanda, inħass il-bżonn li s-soluzzjoni, l-infrastruttura tagħha, u l-ġbir tad-data u l-front-end tal-portals, fost affarijiet oħra, jissaħħu. Dan isir biex fl-aħħar mill-aħħar jissaħħu l-evalwazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja tal-kontropartijiet prospettivi u eżistenti.

Aktar dettalji tal-proġett jiġu kkomunikati regolarment mill-Bank lill-parteċipanti fir-Reġistru f'diversi fora. Minbarra d-dokument ta' konsultazzjoni li jinsab hawn taħt, il-parteċipanti fir-reġistru jistgħu jsibu wkoll dokumentazzjoni teknika addizzjonali fil-paġna ddedikata li tinkludi l-aktar dokumenti importanti u materjal ta' gwida relatat għall-użu mill-parteċipanti.

Konsultazzjoni Pubblika

Feedback Report on the Consultations related to Central Credit Register (CCR) Version 2

(427kb - Last updated Friday, August 1, 2025 11:44)

Public Consultation Document - The Enhancement of the Central Bank of Malta's Central Credit Register (CCR) to include licensed Financial Institutions (FIs) and Financial Vehicle Corporations (FVCs)

(427kb - Last updated Friday, August 1, 2025 11:44)

Consultation Document with the current reporting institutions on the Central Credit Register (CCR) Version 2

(282kb - Last updated Friday, August 1, 2025 11:45)

Ċaħda ta' Responsabbiltà: L-ebda parti minn dan is-sit elettroniku jew xi materjal li jinsab fih ma jista' jiġi riprodott jew użat b'xi mod mingħajr il-permess bil-miktub tal-Bank Ċentrali ta' Malta, ħlief għall-użu ta' materjal bħal dan minn parteċipanti fir-Reġistru li jirrapportaw  u l-fornituri tas-servizz uffiċjali tagħhom. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jistinka biex iżomm il‑materjal fuq is-sit elettroniku tiegħu kemm jista' jkun preċiż u f'waqtu. Jekk jinġiebu xi żbalji għall-attenzjoni tiegħu, il-Bank għandu jikkoreġihom kif meħtieġ, iżda huwa eżentat minn kwalunkwe responsabbiltà li tkun relatata ma' u/jew tinstab fuq kwalunkwe sit elettroniku esterni llinkjat.