About Us

Opportunitajiet attwali

Bħala parti mill‑istrateġija tal‑iżvilupp tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta' Malta b'mod regolari jistieden lill‑individwi li għandhom kwalifiki akkademiċi u professjonali ta' livell għoli u li huma interessati f'impjieg mal‑Bank, biex jirreġistraw dan l‑interess. Il‑kwalifiki mfittxija mill‑Bank huma lawrji mogħtija minn universitajiet ta' reputazzjoni tajba fl‑oqsma tal‑Ekonomija, l‑Ekonometrika, is‑Servizzi Bankarji u l‑Finanzi, l‑Istatistika, l-ICT u dixxiplini relatati. Ċittadini ta' Stati Membri tal‑Unjoni Ewropea li huma interessati f'karriera fil‑Bank Ċentrali ta' Malta huma għalhekk mitluba jibagħtu bl‑email CV dettaljat, fejn jindikaw l‑oqsma tal‑kompetenza tagħhom u l‑interessi tagħhom fir‑rigward tal‑karriera.

Kwalunkwe data personali għandha tiġi pproċessata skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni lokali u tal-UE applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (Regolament (UE) 2016/679) magħrufa bħala "GDPR". Kwalunkwe data personali ser tkun viżibbli biss għal numru limitat ta' impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta u ser tintuża biss għal skopijiet ta' reklutaġġ. Il-perjodu ta' żamma ta' din id-data personali huwa skont l-istrateġija ta' żamma tad-dokumenti tal-Bank. L-applikanti għalhekk qed jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data personali tagħhom tiġi pproċessata mill-Bank Ċentrali ta' Malta għal skopijiet ta' reklutaġġ biss. Skont il-GDPR, l-applikanti għandhom dritt ta' aċċess u ta' portabilità tad-data personali tagħhom, kif ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru u jirrestrinġu d-data personali tagħhom u li joġġezzjonaw għall-ipproċessar u kif ukoll id-dritt li jirtiraw il-kunsens tagħhom. Ilmenti dwar il-protezzjoni tad-data jistgħu jintbagħtu wkoll lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data permezz tas-sit elettroniku www.idpc.org.mt.