Wage Dynamics Network
Il‑Wage Dynamics Network (WDN) huwa network għar‑riċerka li jikkonsisti minn ekonomisti mis‑Sistema Ewropea tal‑Banek Ċentrali (SEBĊ). Id‑WDN inizjalment opera bejn l‑2006 u l‑2009, u kompla jopera parzjalment fl‑2013.
Wage Dynamics Network - 2nd Wave report
Fl‑2010, il‑Bank Ċentrali ta' Malta kkummissjona stħarriġ dwar kumpaniji f'Malta bħala parti mill‑proġett WDN. Dan in‑network hu programm ta' riċerka kollaborattiva fi ħdan l‑Eurosistema. L‑istħarriġ sar tul perjodu ta' sitt ġimgħat bejn Mejju u Ġunju 2010, u kien maħsub l‑ewwel nett biex jidentifika l‑karatteristiċi ewlenin tal‑imġiba fl‑iffissar tal‑pagi u l‑prezzijiet f'Malta. L‑istħarriġ kopra wkoll il‑flessibbiltà tas‑suq tax‑xogħol, ir‑relazzjoni bejn il‑pagi, l‑ispejjeż u l‑prezzijiet tal‑produzzjoni, u r‑reazzjoni tal‑intrapriżi għal skossi mhux mistennija. L‑informazzjoni statistika tirreferi għall‑2008 bħala s‑sena ta' referenza, jiġifieri qabel faqqgħet il‑kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali.
Wage Dynamics Network - 3rd Wave report
Dan l‑istudju jiddokumenta r‑reazzjoni tal‑kumpaniji Maltin wara l‑kriżi ekonomika u finanzjarja tal‑2009. Ir‑riżultati huma bbażati fuq stħarriġ ta' 178 kumpanija li ħadu sehem bħala parti mill‑proġett WDN għall‑perjodu ta' referenza 2010‑2013. L‑istħarriġ jiffoka fuq firxa wiesgħa ta' fatturi bħal karatteristiċi ewlenin tal-kumpaniji, ix‑xenarju ekonomiku wara l‑kriżi, in‑natura u d‑daqs tal-iskossi li laqtu lill‑ekonomija, l‑aġġustamenti magħmula minn kumpaniji, u aspetti relatati mal‑imġiba tal‑iffissar tal‑pagi u l‑prezzijiet. L‑istħarriġ isegwi wieħed simili li sar fl‑2010, li kien primarjament iffukat fuq l‑aġġustament matul il‑kriżi, u b'mod partikolari, ir‑relevanza ta' diversi strateġiji li jnaqqsu l‑ispejjeż.
Link għas-silta li tiġbor ir-riżultati ewlenin
Studji li jużaw id-database tad-WDN għal Malta:
Determinants of labour productivity in Malta: Evidence from a firm-level Survey
The adjustment of Maltese firms to the post-crisis economic environment: evidence from a firm-level survey
Għal aktar informazzjoni tista' żżur is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali Ewropew.