Statistika

Portal tal-INFOSTAT għal entitajiet li jwieġbu

Il-portal tal-ġbir tal-INFOSTAT jappoġġa t-trażmissjoni ta' data tal-istatistika mingħand istituzzjonijiet li jirrappurtaw lill-Bank Ċentrali ta' Malta.

L-INFOSTAT joffri s-servizzi li ġejjin:-

  • Skeda tad-dati għas-sottomissjoni
  • Inserzjoni u trażmissjoni ta' data
  • Kumpilazzjoni ggwidata ta' rapporti
  • Dijanjostika ta' data tal-istatistika
  • Messaġġi u komunikazzjoni

Id-data arkivjata fuq il-Pjattaforma Komunitarja tal-INFOSTAT tal-Bank Ċentrali ta' Malta hi aċċessibbli biss għall-Bank Ċentrali ta' Malta u hi konformi mal-liġijiet kollha tal-protezzjoni tad-data, tal-kunfidenzjalità u tal-privatezza. Il-pjattaforma tas-software tal-istatistika hi ospitata f'Komunità tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal-Banca d'Italia, membru tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.

Ikklikkja fuq il-links li ġejjin sabiex taċċessa l-preżentazzjoni dwar Introducing Infostat u l-User Guidelines.

L-applikazzjoni għall-formola ta' Senior Administrators tinsab hawn.