Currency

Papa Ġwanni Pawlu II

2015

Papa Ġwanni Pawlu II

Pope John Paul II gold coin

Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tad‑deheb li tfakkar lill‑Papa Ġwanni Pawlu II, fl‑għaxar anniversarju mill‑mewt tiegħu.

Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2015. Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi xbieha tal‑Papa Ġwanni Pawlu II.

Karol Josef Wojtyla twieled fit‑18 ta' Mejju 1920 f'Wadowice, il‑Polonja. Huwa kien l‑iżgħar mit‑tliet ulied ta' Karol Wojtyla u Emilia Kaczorowska. Kien ordnat qassis fl‑1 ta' Novembru 1946, inħatar Arċisqof ta' Krakovja fl‑1964 u Kardinal f'Ġunju 1967. Il‑Kardinal Wojtyla kien elett Papa fis‑16 ta' Ottubru 1978. Matul il‑Pontifikat tiegħu, Ġwanni Pawlu II għamel 104 vjaġġi appostoliċi internazzjonali, ibbeatifika 1,338 persuna u kkanonizza 482 qaddis. Il‑Papa Ġwanni Pawlu II miet fit‑2 ta' April 2005, u ġie ddikjarat qaddis mill‑Papa Franġisku fis‑27 ta' April 2014. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Deheb Proof

€5

11.00

0.50

0.999

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

5,000