News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
13/11/2026 09:12:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika r-Rivista tiegħu ta’ kull tliet xhur dwar l-iżviluppi ekonomiċi fit-tieni kwart tal-2026
Matul it-tieni kwart tal-2026, il-prodott domestiku Gross (PDG) reali annwali żdied b'ritmu aktar mgħaġġel meta mqabbel mal-kwart ta' qabel. It-tkabbir kien xprunat mid-domanda domestika, anke jekk taġġusta għall-impatt tal-importazzjoni. Ir-ritmu ekonomiku kien aktar b'saħħtu minn dak fiż-żona tal-euro.
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju mmodera meta mqabbel mal-ewwel kwart. Ir-ritmu tal-attività ekonomika matul it-tieni kwart baqa' ġeneralment konformi mal-medja storika tiegħu.
Matul it-tieni kwart tal-2026, is-suq tax-xogħol kompla jirreġistra żviluppi pożittivi, bl-attività u r-rati ta' impjieg jiżdiedu u jkunu f'livell ogħla minn dawk fiż-żona tal-euro. Ir-rata tal-qgħad żdiedet minn sena qabel iżda baqgħet ferm taħt dik fiż-żona tal-euro. Il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol urew xi sinjali ta' moderazzjoni, hekk kif kemm ir-rata ta' postijiet tax-xogħol vakanti kif ukoll l-indikatur tal-iskarsezza fis-suq tax-xogħol irreġistraw tnaqqis.
L-inflazzjoni għall-konsumatur immoderat matul it-tieni kwart tal-2026. Din naqset għal 2.0% f'Ġunju minn 2.3% f'Marzu, filwaqt li li r-rata li teskludi l-prezzijiet tal-enerġija u l-ikel naqset minn 2.4% għal 2.2%. Iż-żewġ indikaturi tal-HICP kienu taħt il-medja taż-żona tal-euro.
Fl-ewwel kwart tal-2026, il-proporzjon tad-defiċit tal-gvern ġenerali fil-PDG, imkejjel b'mod kumulattiv fuq erba' trimestri, żdied u kien viċin il-medja taż-żona tal-euro. Sadattant, il-proporzjon tad-dejn fil-PDG żdied mill-kwart ta' qabel iżda baqa' ferm taħt il-medja korrispondenti fiż-żona tal-euro.
F'kuntest ta' pressjonijiet inflazzjonarji ġġenerati mill-gwerra fil-Lvant Nofsani, il-Kunsill Governattiv għolla t-tliet rati ewlenin tal-imgħax tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'25 punt bażi fil-laqgħa tiegħu ta' Ġunju u f'dik ta' Settembru.
Ir-raba' ħarġa tar-Rivista ta' kull tliet xhur għall-2026 tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Bank.
Għal indikaturi aktar riċenti kkonsulta l-Aġġornament Ekonomiku.
Lura lejn l-Arkivju