News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

23/10/2026 10:30:00

Il-Bank Ċentrali ta' Malta jimmarka lil Pink October b'Inizjattivi t'Għarfien u ta' Ġbir ta' Fondi

Il-Bank Ċentrali ta' Malta mmarka l-avveniment ta'  Pink October nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru, b'sensiela ta' inizjattivi fit-tliet binjiet tiegħu li kellhom l-għan li jqajmu kuxjenza fost l-istaff u jappoġġaw lil dawk affettwati mill-kanċer tas-sider. F'turija ta' solidarjetà, il-bini tal-Bank qed jinxtegħel ukoll bil kulur-roża matul ix-xahar t'Ottubru.

Organizzat mill-Kumitat tal-Attivitajiet Kulturali, kull impjegat kien imħeġġeġ jilbes ir-roża b'solidarjetà mal-pazjenti bil-kanċer tas-sider u mal-familjari tagħhom. Mal-wasla taghom, huma  ingħataw b'muffins roża mżejna apposta, li jservu bħala tifkira ħelwa tal-messaġġ importanti marbut ma' dan ix-xahar. 

Ritratt tal-grupp

Il-qofol tal-ġurnata kien lekċer edukattiva mogħtija mis-Sinjura Esther Sant, li barra li sofriet u għelbet lil-kanċer hi kofundatrici tal-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider. Is-Sinjura Sant qasmet il-vjaġġ personali tagħha u enfasizzat l-importanza tal-identifikazzjoni bikrija u l-appoġġ kontinwu.

Pink October cupcakes

Il-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider intgħażlet mil-Bank Ċentrali ta' Malta bħala l-benefiċjarju għall-inizjattiva ta' din is-sena. L-impjegati u l-organizzazzjoni se jkomplu jiġbru id-donazzjonijiet matul Ottubru u Novembru sabiex jappoġġaw il-ħidma tal-Fondazzjoni fl-għajnuna lill-pazjenti u l-finanzjament ta' riżorsi essenzjali.

Castille Place

Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta

Lura lejn l-Arkivju