News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

23/04/2026 14:42:00

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-FMI u l-Bank Dinji għall-2026

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji għall-2026, li saru f'Washington, D.C. mit-13 sat-18 ta' April.

Il-Laqgħat tar-Rebbiegħa jlaqqgħu flimkien bankiera ċentrali, ministri tal-finanzi, uffiċjali għall-iżvilupp, u eżekuttivi tas-settur privat minn madwar id-dinja biex jiddiskutu materji ta' importanza ekonomika globali.

Matul iż-żjara tiegħu, is-Sur Demarco kellu sensiela ta' impenji ta' livell għoli ma' mexxejja finanzjarji internazzjonali ewlenin. Iltaqa' mal-membri tat-team tal-Artiklu IV tal-FMI, immexxi mis-Sur Nick Gigineishvili, u kellu diskussjonijiet mad-Diretturi Eżekuttivi tal-FMI, is-Sur Riccardo Ercoli u s-Sur Alfred Kammer. Barra minn hekk, is-Sur Demarco ltaqa' mad-Direttur Eżekuttiv tal-Bank Dinji, is-Sur Matteo Bugamelli, kif ukoll mad-Direttur għar-reġjun tal-Maghreb, is-Sur Ahmadou Moustapha Ndiaye. Saret ukoll laqgħa ma' delegazzjoni minn Liechtenstein, l-aktar membru ġdid tal-Fond.

Fil-marġni tal-laqgħat, is-Sur Demarco ta wkoll intervisti lil Reuters, Bloomberg u Econostream.

Dawn il-laqgħat ipprovdew pjattaforma importanti għall-iskambju ta' fehmiet dwar l-andament u l-prospetti ekonomiċi ta' Malta, kif ukoll dwar żviluppi finanzjarji reġjonali u globali.

Lura lejn l-Arkivju