News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
25/03/2026 08:27:00
Tagħrif annwali dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta
L-għadd ta' karti tal-flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni naqas matul l-2025. Matul is‑sena ġew ippreżentati total ta' 1,097 karta tal‑flus falza fil‑Bank Ċentrali ta' Malta, li jirrappreżentaw tnaqqis konsiderevoli ta' 29.9% meta mqabbel mal‑2024.
Il-proporzjon ta' karti tal-flus tal-euro foloz għadu insinifikanti meta mqabbel mat-30.22 miljun karta tal-flus tal-euro ġenwini fiċ-ċirkolazzjoni f'Malta fl-2025.
Fost l-1,097 karta tal-flus falza tal-euro maqbuda f'Malta matul l-2025, id-denominazzjonijiet tan-nofs baqgħu l-iktar iffalsifikati. Madankollu d-denominazzjoni tal-€20 tilfet l-importanza tagħha, filwaqt li żdied il-proporzjon tad-denominazzjoni tal-€50. Flimkien, dawn iż-żewġ denominazzjonijiet kienu jammontaw għal 87.5% tal-karti tal-flus foloz maqbuda. Il-proporzjon tad-denominazzjonijiet aktar baxxi (€5 u €10) naqas ukoll, filwaqt li l-perċentwal tal-ogħla denominazzjonijiet baqa' baxx ħafna.
It-tabella ta' hawn taħt tipprovdi analiżi perċentwali skont id-denominazzjoni tal-għadd totali ta' flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni f'Malta matul l-2025, imqabbla mad-distribuzzjoni skont id-denominazzjoni fiż-żona tal-euro kollha. Ta' min jinnota li filwaqt li d-denominazzjoni tal-€20 tiddomina f'Malta, dik tal-€50 hija l-aktar karta tal-flus tal-euro falza misjuba fiż-żona tal-euro.
|
|
|
€5
|
€10
|
€20
|
€50
|
€100
|
€200
|
€500
|
|
Sehem perċentwali
|
Żona tal-Euro
|
1.4
|
6.4
|
27.0
|
53.2
|
7.9
|
3.3
|
0.8
|
|
Malta
|
1.8
|
7.2
|
50.1
|
37.4
|
3.1
|
0.4
|
0.0
|
Minkejja ċ-ċifri baxxi ta' karti tal-flus foloz irrapportati lokalment, il-Bank Ċentrali ta' Malta jibqa' jwissi lill-pubbliku sabiex joqgħod attent meta jħallas u jitħallas bi flus kontanti. Il-biċċa l-kbira tal-karti tal-flus foloz huma faċli biex jiġu identifikati peress li ma għandhom l-ebda karatteristika ta' sigurtà, jew għandhom biss imitazzjonijiet fqar ta' dawn il-karatteristiċi.
Il-karti tal-flus ġenwini jistgħu jintgħarfu faċilment permezz tat-test "FEEL-LOOK-TILT" kif spjegat fuq is-sit elettroniku tal-Bank. Il-Bank huwa disponibbli biex jipprovdi kull tip ta' għajnuna, inkluż taħriġ, lil kwalunkwe entità lokali li tista' teħtieġ din l-assistenza.
Kull min jirċievi karta tal-flus suspettuża għandu jikkuntattja lill-Pulizija fuq
(+356) 2294 2120 jew lill-Bank Ċentrali ta' Malta fuq
(+356) 2550 6012/13, jew permezz
tal-e-mail.
Lura lejn l-Arkivju