News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
06/03/2026 13:38:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedi l-ħames Rapport dwar l-Istħarriġ tal-Finanzi u l-Konsum tal-Familji
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta nieda l-ħames Rapport dwar l‑Istħarriġ tal-Finanzi u l-Konsum tal-Familji (HFCS) waqt webinar li sar fis-6 ta' Marzu 2026.
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, ta bidu għal dan il-webinar. Is-Sinjura Valentina Antonaroli mid-Dipartiment għar-Riċerka Ekonomika tal-Bank ippreżentat ir-riżultati ewlenin tar-rapport HFCS, filwaqt li s-Sur Valerio Sergio Castaldo ta ħarsa ġenerali lejn id-dashboard interattiv tal-HFCS.
L-HFCS, li jsir kull tliet snin madwar il-pajjiżi taż-żona tal-euro, joffri għarfien komprensiv dwar il-ġid, id-dejn, id-dħul u l-konsum tal-familji. L-edizzjoni tal-2023 tinkludi wkoll sezzjoni ad hoc li teżamina n-nefqa tal-familji fuq l-enerġija u l-investimenti ppjanati fl-effiċjenza fl-enerġija.
L-istħarriġ huwa kkoordinat mill-Bank Ċentrali Ewropew u jitwettaq simultanjament fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro mill-banek nazzjonali u l-istituti tal-istatistika rispettivi. Ir-riżultati kollha tal-HFCS jiġu vvalidati u armonizzati bir-reqqa mill-BĊE filwaqt li jiġu żgurati standards statistiċi għoljin u li jkunu komparabbli bejn il-pajjiżi kollha.
Ir-rapport sħiħ jinsab
hawn. Aktar informazzjoni tinsab ukoll fuq
id-dashboard interattiv.

Mix-xellug: Is-Sur Valerio Sergio Castaldo, Dr Valentina Antonaroli,
il-Gvernatur Alexander Demarco, is-Sur Noel Rapa
Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta
Lura lejn l-Arkivju