News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

20/12/2024 10:17:00

Il-President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta’ Malta ngħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Il-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta jifraħ lil Dr Narcy Calamatta, il-President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta' Malta, għall-ħatra tiegħu mill-President ta' Malta bħala membru fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu waqt ċerimonja li saret f'Jum ir-Repubblika ta' din is-sena.

Dr Calamatta ġie rikonoxxut għall-kontribut tiegħu fl-iżvilupp tal-industrija tal-films u l-arti teatrali ta' Malta.

Il-President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta’ Malta ngħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu
Ritratt: Chris Sant Fournier

Lura lejn l-Arkivju