News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
16/09/2024 09:35:00
L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-Laqgħat tal-ECOFIN fl-Ungerija
L‑Aġent Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, is‑Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil‑laqgħat informali tal‑Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) li saru f'Budapest, l‑Ungerija, bejn it‑tlettax u l-erbatax ta' Settembru 2024.
Il-laqgħa tal-ECOFIN, li għaliha kienu mistiedna l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Ministri għall-Finanzi tal-UE, iffukat dwar opportunitajiet ġodda ta' finanzjament b'reazzjoni għall-isfidi globali, kif ukoll il-finanzjament sostenibbli tat-tranżizzjoni ekoloġika. Matul id-diskussjonijiet, il-Ministri u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali qasmu l-fehmiet tagħhom dwar kif is-swieq finanzjarji Ewropej jistgħu jkunu ta' sostenn għall-ġenerazzjoni ġdida ta' kumpaniji, li fil-ġejjieni ser ikunu kruċjali għall-ħolqien tal-impjiegi, il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, u l-indirizzar tal-ħtieġa urġenti għas-sostenibbiltà.
Ritratt: Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-UE 2024
Lura lejn l-Arkivju