News

News - Web Releases 2019

15/10/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaġġorna d-Direttiva Nru 14 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar ir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu

L‑emendi għad‑Direttiva Nru 14 tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta dwar ir‑Reġistru Ċentrali tal‑Kreditu (id‑Direttiva) saru ftermini tal‑artikolu 24(2) tal‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204 tal‑Liġijiet ta’ Malta). Id‑Direttiva ġiet emendata biex: i) jingħata l‑aċċess għar‑Reġistru Ċentrali tal‑Kreditu lill‑Malta Development Bank (l‑MDB) għat‑twettiq tal‑funzjonijiet tiegħu f’termini tal‑Att dwar il‑Bank Malti ta’ Żvilupp  (Kap. 574 tal‑Liġijiet ta’ Malta); ii) tiġi estiża l‑applikabbiltà tar‑regoli għall‑aċċess sabiex ikopru l‑MDB ukoll; u biex jiġu stabbiliti r‑rekwiżiti tar‑rappurtar ta din l‑istituzzjoni.

Lura lejn l-Arkivju