News

News - Web Releases 2019

15/03/2019 16:30:00

Post Consultation Report dwar l-emendi li saru fl-Att dwar il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u dwar id-Direttiva Nru 15 dwar is-‘Superviżjoni tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu’

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank) illum ippubblika Post Consultation Report dwar l‑emendi li saru fl‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta u dwar id‑Direttiva Nru 15 dwar is‑'Superviżjoni tal‑Aġenziji ta' Referenza tal‑Kreditu'. Ir‑Rapport inkluda l‑pożizzjoni addottata mill‑Bank b'reazzjoni għar‑rispons li rċieva minn partijiet interessati fl‑industrija, professjonisti u assoċjazzjonijiet, li għalaq fl‑4 ta' Frar 2019.

L‑emendi fl‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser jintbagħtu lill‑Parlament sabiex jiġu kkonfermati u approvati, filwaqt li d‑Direttiva Nru 15 dwar is‑Superviżjoni tal‑Aġenziji ta' Referenza tal‑Kreditu ser tiġi ppubblikata fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fiż‑żmien xieraq.

 

Lura lejn l-Arkivju