News

News - Web Releases 2019

21/01/2019

Konsultazzjoni Pubblika dwar l-emendi fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta u dwar id-Direttiva Nru 15 dwar ‘Superviżjoni tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu’

Qiegħda tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika miIl‑Bank Ċentrali ta' Malta ('il‑Bank'), mit‑Tnejn 21 ta' Jannar 2019 sat‑Tnejn 4 ta' Frar 2019, dwar l‑emendi fl‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204 tal‑Liġijiet ta' Malta) u dwar id‑Direttiva l‑ġdida Nru 15 tal‑Bank Ċentrali ta' Malta dwar 'Superviżjoni tal‑Aġenziji ta' Referenza tal‑Kreditu' ('id‑Direttiva'). L‑emendi ewlenin ser jaħtru lill‑Bank bħala l‑awtorità superviżorja ta' aġenziji ta' referenza tal‑kreditu liċenzjati u jpoġġu lill‑Bank, bħala awtorità regolatorja, f'pożizzjoni aħjar biex jissorvelja u jirregola l‑provvedimenti ta' servizzi ta' pagament f'Malta.

Id‑dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika, inklużi l‑emendi proposti għall‑Att u d‑Direttiva l‑ġdida, jinsab hawn.

Matul dan il-perjodu ta' konsultazzjoni, partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar l-emendi proposti fl‑Att u dwar id‑Direttiva l‑ġdida sa mhux iktar tard mit‑Tnejn 4 ta' Frar 2019 (tmiem il-ġurnata tax-xogħol). Il‑Bank ser jagħti l‑kunsiderazzjoni xierqa lill‑kummenti kollha sottomessi u r‑rispons li jirċievi waqt l‑eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika.

Lura lejn l-Arkivju