News

News - Web Releases 2018

09/05/2018

Konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi fir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ

Qiegħda tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika mill‑Bank Ċentrali ta' Malta, mill-Erbgħa 9 ta' Mejju 2018 sal‑Erbgħa 23 ta' Mejju 2018 (tmiem il‑ġurnata tax‑xogħol), dwar l‑emendi fir‑Regolamenti dwar il‑Liċenzji tal‑Kummerċ (S.L. 441.07) (minn hawn 'il quddiem 'ir‑Regolamenti'). Dawn l‑emendi ser jintroduċu reġim ta' liċenzjar għal aġenziji ta' referenza tal‑kreditu li joperaw f'Malta, u ser jistabbilixxu l‑proċedura li għandha tiġi segwita mill‑applikant.

Id‑Dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika, inklużi l‑emendi proposti għar‑Regolamenti, jinsab hawn.

Matul dan il‑perjodu ta' konsultazzjoni, partijiet interessati huma għalhekk mistiedna jikkummentaw dwar l‑emendi fir‑Regolamenti sa mhux iktar tard mill-Erbgħa 23 ta' Mejju 2018 (tmiem il‑ġurnata tax‑xogħol). Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser jagħti l‑kunsiderazzjoni xierqa lill‑kummenti kollha li jkunu waslu matul l‑eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika.

Lura lejn l-Arkivju