News - Stqarrijiet tal-BĊE/ESRB/EBA 2014
-
04 ta' Settembru 2014
Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’10 punti bażi għal 0.05% mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fl-10 ta' Settembru 2014.
-
07 ta' Awwissu 2014
Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa d-deċiżjoni li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu jibqgħu l-istess, jiġifieri 0.15%, 0.40% u -0.10% rispettivament.
-
18 ta' Lulju 2014
331,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-ewwel nofs tal-2014 – proporzjon żgħir ħafna tal-għadd totali ta’ karti tal-flus tajbin fiċ-ċirkolazzjoni
-
17 ta' Lulju 2014
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ħabbar il-proċess dwar kif se jinteraġixxi mal-banek u jikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjoni komprensiva ta’ 128 bank li qiegħda ssir bħalissa.
-
04 ta' Lulju 2014
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed iħabbar li l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-politika monetarja se jibdew isiru kull sitt ġimgħat minn Jannar 2015.