News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2012
29/02/2012
Il-flus f’Malta minn perspettiva storika
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta organizza Simpożju dwar l-istorja tal-munita f’Malta li laħqet il-quċċata tagħha bl-adozzjoni tal-euro bħala l-munita unika.
Is-Simpożju bit-titlu Il-flus f’Malta minn perspettiva storika kien immexxi mill-Professur Henry J Frendo u kien jinkludi dawn il-preżentazzjonijiet:
- Il-munita f’Malta minn żmien ir-Rumani sal-miġja tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann (sa c 1798) - Kav Joseph C Sammut
- Il-timbru Brittaniku fuq il-muniti u l-karti tal-flus f’Malta (sa c 1964) - Dr Albert Ganado
- Il-lira Maltija mill-isterlina sas-sistema deċimali (c 1965 – c 2001) - Dr John A Consiglio
- L-euro bħala munita Ewropea għal Malta (c 2002 – c 2012) - Sur David A Pullicino
Il-Professur Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, temm is-Simpożju billi ta ħarsa lejn l-iżviluppi li għaddejjin bħalissa fiż-żona tal-euro.
Back