News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
02 ta' Frar 2026
Matul it‑tielet kwart tal‑2025, it-tkabbir fil-PDG reali kiber b’ritmu aktar mgħaġġel meta mqabbel mal-kwart preċedenti. It-tkabbir kien xprunat kważi bl-istess proporzjon kemm mid-domanda domestika u l-esportazzjoni netta. Ir-ritmu ta’ tkabbir kien aktar mid-doppju tal-medja għaż-żona tal-euro.
-
29 ta' Jannar 2026
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f’Diċembru, ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali żdiedet ftit mix-xahar ta’ qabel u kienet kemxejn ogħla mill-medja storika.
-
23 ta' Jannar 2026
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) qiegħed iniedi konsultazzjoni pubblika ta' erba' ġimgħat dwar l‑emendi proposti għad‑Direttiva Nru 16 tal-Bank dwar ir-Regolamenti li jittrattaw is-self fir‑rigward tad‑DSTI-O attwali taħt stress għal persuni ġuridiċi.
-
22 ta' Jannar 2026
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li, fir-raba’ kwart tal‑2025, il-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozju tjiebu fost in-negozji mistħarrġa hekk kif il-bilanċ nett li jirrapporta titjib kważi rdoppja mit-tielet kwart tas-sena, u laħaq it-52%.
-
20 ta' Jannar 2026
Il‑President ta’ Malta, fuq parir tal‑Kabinett tal‑Ministri, ħatar lis‑Sinjura Rita Schembri bħala Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja tal‑Bank Ċentrali ta' Malta għal perjodu ta’ ħames snin, b’effett mill‑14 ta' Jannar 2026.