News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
13/11/2026 07:45:00
Il-Bank Ċentrali jemenda d-Direttiva Nru 6
Il-Bank Ċentrali ta' Malta ser jippubblika verżjoni aġġornata
tad-Direttiva Nru 6 dwar Ġenerazzjoni Ġdida tas-Sistema ta' Trasferiment fil-Pront Awtomatizzat Trans-Ewropew għall-Pagament Gross fil-Pront (TARGET)
, li timplimenta għadd ta' emendi introdotti bil-Linja Gwida BĊE/2026/11, li l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew adotta fl-4 ta' Mejju 2026.
Dawn l-emendi jinkludu, fost oħrajn:
- is-sostituzzjoni tar-referenzi għall-iskema TIPS One-Leg-Out b'referenzi għall-iskema ta' Trasferimenti ta' Kreditu Istantanji One-Leg Out (OCT Inst) tal-Kunsill Ewropew għall-Pagamenti;
- ir-reviżjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-mekkaniżmi tal-ikklerjar u s-saldu fit-TARGET. B'mod partikolari, ir-referenzi għall-Ftehim ta' Aderenza għat-Trasferimenti ta' Kreditu Istantanji One-Leg Out tneħħew u ġew sostitwiti b'rekwiżit li tiġi pprovduta evidenza tal-intenzjoni li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-iskema tal-Kunsill Ewropew għall-Pagamenti.
L-emendi ser jidħlu fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2026.
Lura lejn l-Arkivju