News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

21/10/2026 08:30:00

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jindirizza l-Konferenza Annwali tan-Netwerk Internazzjonali tal-Iskemi tal-Ombudsman għas-Servizzi Finanzjarji

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta s-Sur Alexander Demarco indirizza l-Konferenza Annwali tal-Ombudsman għas-Servizzi Finanzjarji, li saret f'Malta bejn il-5 u s-7 ta' Ottubru 2026.

Din il-konferenza organizzata mill-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (OAFS) ta' Malta, laqqgħet flimkien ombudsmen tas-servizzi finanzjarji u rappreżentanti tal-industrija minn madwar id-dinja bit-tema "High Performance in the Face of Accelerating Change".

OAFS Speech

Fl-indirizz tiegħu, intitolat  "Transiting from Emigration to Immigration: Malta's Post-Independence Economic Success Story", il-Gvernatur enfasizza t-trasformazzjoni ekonomika notevoli ta' Malta mill-indipendenza 'l hawn. Spjega l-evoluzzjoni tal-ekonomija tal-pajjiż minn waħda kkaratterizzata minn emigrazzjoni sinifikanti minħabba nuqqas ta' ħolqien ta' impjiegi għal waħda fejn Malta saret tilqa' migranti b'reazzjoni għal opportunitajiet ta' impjieg li qed jiżdiedu.

Id-diskors iddeskriva l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali ewlenin li kkontribwew għat-tkabbir u l-prosperità ta' Malta, filwaqt li enfasizza r-rwol importanti ta' miżuri li ttrasformaw ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà u naqqsu d-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali fost l-irġiel. Dawn, flimkien mal-immigrazzjoni, appoġġaw l-iżvilupp ekonomiku kontinwu tal-pajjiż. Il-Gvernatur enfasizza li minħabba ż-żona limitata tal-art ta' Malta, it-tkabbir ekonomiku futur issa jeħtieġ bidla fil-politika biex l-inċentivi jiġu diretti mill-ġdid lejn iż-żieda fil-livelli tal-ħiliet u l-investiment f'teknoloġija avvanzata biex tingħata spinta lill-produttività.

Lura lejn l-Arkivju