News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
07/10/2026 10:53:00
ll-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jilqa’ lill-Ambaxxatur tat-Tajlandja Sathana Kasjemsanta Na Ayudhya għal żjara ta' korteżija
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, laqa' għal żjara ta' korteżija lill‑Eċċellenza Tiegħu s-Sur Sathana Kasjemsanta Na Ayudhya, l-Ambaxxatur tat-Tajlandja għal Malta, nhar it-Tlieta 6 ta' Ottubru 2026.
Matul il‑laqgħa, il‑Gvernatur u l‑Ambaxxatur iddiskutew ir‑relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u t‑Tajlandja, kif ukoll materji ekonomiċi u finanzjarji ta' interess reċiproku. Huma ddiskutew il-Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji, li huma skedati li jsiru f'Bangkok f'dan ix-xahar.

Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta
Lura lejn l-Arkivju