News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
25/05/2026 08:35:00
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-Laqgħa tal-ECOFIN f’Ċipru
Il-Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, is‑Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil‑laqgħa informali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) li saret f'Lefkosia, Ċipru, bejn it-22 u t-23 ta' Mejju 2026.
Il-laqgħa ġabret flimkien il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Ministri tal-Finanzi tal-UE sabiex jiddiskutu l-użu tal-istablecoins u l-isfidi li dawn jistgħu joħolqu. Matul id-diskussjonijiet, il-parteċipanti skambjaw fehmiet dwar ir-riskji relatati mal-istableoins, u inizjattivi ta' politika possibbli biex jiġu indirizzati riskji bħal dawn, kif ukoll kif dawn l-istrumenti jistgħu jinteraġixxu mas-sistema finanzjarja tradizzjonali.

Lura lejn l-Arkivju