News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
22/04/2026 13:48:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedi konsultazzjoni pubblika dwar id-Direttiva proposta Nru 21
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta llum nieda konsultazzjoni pubblika dwar proposta
tad‑Direttiva Nru 21
, li għandha l‑għan li tappoġġa l‑iżvilupp u l‑adozzjoni ta' skema pan‑Ewropea għal pagamenti bejn żewġ persuni u pagamenti fil-punt tal-interazzjoni bbażati fuq trasferimenti istantanji ta' kreditu bis-SEPA.
Id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza, ir-reżiljenza u l-integrazzjoni fil-qasam Malti tal-pagamenti, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza fuq soluzzjonijiet ta' pagamenti mhux Ewropej u tippromwovi metodu armonizzat, interoperabbli u pan-Ewropew. Din tistabbilixxi l-kriterji għall-għażla ta' skema eliġibbli fil-livell nazzjonali u tistabbilixxi l-obbligi għall-fornituri tas-servizzi ta' pagamenti, inkluż il-forniment ta' tranżazzjonijiet istantanji lill-konsumaturi bla ħlas, appoġġ kemm għall-każijiet ta' użu bejn żewġ persuni kif ukoll għall-każijiet ta' interazzjoni, u adozzjoni kkoordinata tas-suq.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jistieden lill‑partijiet interessati kollha sabiex jissottomettu l‑kummenti tagħhom dwar id‑Direttiva proposta sat‑22 ta' Mejju 2026
bl-email.
Lura lejn l-Arkivju