News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

16/02/2026 08:54:00

L‑Ambaxxatriċi Ġermaniża Tania Beyer u d‑Delegazzjoni tal‑Bundesbank jagħmlu żjara ta’ korteżija fil‑Bank Ċentrali

L‑Ambaxxatriċi Ġermaniża Tania Beyer u delegazzjoni mid‑Deutsche Bundesbank żaru l‑Bank Ċentrali ta' Malta nhar il‑Ġimgħa, 13 ta' Frar 2026.

L-Eċċellenza Tagħha u d-delegazzjoni ntlaqgħu mill-Gvernatur Alexander Demarco.

Bħala parti mid-delegazzjoni Ġermaniża kien hemm ukoll is-Sur Burkhard Balz, membru tal-Bord Eżekuttiv tad-Deutsche Bundesbank; Dr Holger Theßeling, Kap tas-Segretarjat; u s-Sur Martin Dinkelborg, Direttur taċ-Ċentru Internazzjonali għad-Djalogu tal-Banek Ċentrali fid-Deutsche Bundesbank.

Group Photo

Il-Gvernatur Alexander Demarco mal-Ambaxxatriċi Ġermaniża Tania Beyer; is-Sur Burkhard Balz, membru tal-Bord Eżekuttiv tad-Deutsche Bundesbank; membri oħrajn mid-delegazzjoni Ġermaniża;
u rappreżentanti tal-Bank Ċentrali.

Preżenti wkoll għal-laqgħa f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien hemm is-Sur Benoît Waelkens, Uffiċjal Kap għall-Operat Bankarju; is-Sur Alan Cassar, Uffiċjal Kap għall-Istabbiltà Finanzjarja; is-Sur Claudio Ghirlando, Kap tad-Dipartiment tal-Politika kontra l-Kriminalità Finanzjarja u dwar il-Pagamenti u l-Konformità; u s-Sur Kirsten Ellul, Maniġer tal-Uffiċċju għall‑Politika dwar il-Pagamenti u l‑Konformità.

Matul il-laqgħa l-partijiet kellhom diskussjonijiet dwar diversi materji, inkluża l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-irwol ta' Malta bħala ċentru finanzjarju, l-euro diġitali, u l-iżviluppi fil-qasam tal-pagamenti.

Lura lejn l-Arkivju