News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

09/02/2026 08:53:00

Il-Kummissarju Ewropew Maria Luís Albuquerque tagħmel żjara ta’ korteżija fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Kummissarju Ewropew għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, is-Sinjura Maria Luís Albuquerque, għamlet żjara ta' korteżija fil-Bank Ċentrali ta' Malta nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Frar 2026.

Is-Sinjura Albuquerque ntlaqgħet mid-Deputat Gvernatur is-Sur Oliver Bonello. Hija kienet akkumpanjata mis-Sinjura Claudine Camilleri, Viċi Kap u Kap tar-Rappurtar Politiku fir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta u s-Sur Nuno Vaz, Konsulent tal-Komunikazzjoni. Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Benoit Waelkens, Uffiċjal Kap għall-Operat Bankarju; is-Sur Alan Cassar, Uffiċjal Kap għall-Istabbiltà Finanzjarja; u s-Sur Kirsten Ellul, Maniġer tal-Uffiċċju għall‑Politika dwar il-Pagamenti u l‑Konformità.

Il-laqgħa kienet parti mill-impenn usa' tal-Kummissarju mal-partijiet interessati nazzjonali ewlenin matul iż-żjara tagħha f'Malta. Il-partijiet kellhom diskussjonijiet dwar materji ta' interess reċiproku fl-oqsma rispettivi ta' responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali.

European Commissioner pays courtesy visit to the Bank

Is-Sur Kirsten Ellul, is-Sur Alan Cassar, id-Deputat Gvernatur is-Sur Oliver Bonello,
il-Kummissarju Ewropew Maria Luís Albuquerque u s-Sur Benoit Waelkens

Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta

Lura lejn l-Arkivju