News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
19/01/2026 13:38:00
L‑Ambaxxatriċi Taljana għal Malta tagħmel żjara ta’ korteżija lill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, kellu żjara ta' korteżija mill‑Eċċellenza Tagħha Valentina Setta, l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Taljana għal Malta, it-Tnejn 19 ta' Jannar 2026.
L-Eċċellenza Tagħha kienet akkumpanjata mid-Deputat Kap tal-Missjoni, is-Sur Santo Purello.
Matul il‑laqgħa, il‑Gvernatur u l‑Ambaxxatriċi skambjaw fehmiet dwar relazzjonijiet bilaterali u ddiskutew oqsma ta' interess reċiproku u kooperazzjoni bejn Malta u l‑Italja.

Il-Gvernatur, is-Sur Alexander Demarco, mal-Eċċellenza Tagħha Valentina Setta
Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta
Lura lejn l-Arkivju