News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

14/11/2025 20:30:00

Il‑Gvernatur Scicluna jenfasizza l-irwol tal-intelliġenza artifiċjali fis‑sostenn tat‑tkabbir ta’ Malta

Il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta,  indirizza  lill-mistednin waqt l‑ikla annwali tal‑Istitut għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta.

Il-Gvernatur innota li filwaqt li l-ekonomija globali wriet reżiljenza, din għadha fraġli.

F'Malta, it-tkabbir qiegħed ikompli jisboq il-medja tal-UE, b'inflazzjoni stabbli, qgħad baxx rekord, u stabbiltà finanzjarja b'saħħitha.

Bis-suq tax-xogħol eċċezzjonalment ristrett, il-produttività trid tixpruna prosperità futura, għalkemm it-tkabbir mgħaġġel qed ipoġġi wkoll pressjoni fuq l-infrastruttura.

L-intelliġenza artifiċjali tista' tgħin billi ttejjeb l-effiċjenza u tfassal mill-ġdid is-suq tax-xogħol. Il-prontezza diġitali ta' Malta hija inkoraġġanti, iżda t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet huma essenzjali biex jiġi żgurat li s-soċjetà tibbenefika bis-sħiħ.

Il‑Gvernatur osserva li l‑impatt ekonomiku tal‑intelliġenza artifiċjali huwa inċert u jiddependi fuq il‑veloċità tal‑adozzjoni u l‑intensità tal‑investiment. Filwaqt li tista' żżid il-produttività u tnaqqas l-inflazzjoni maż-żmien, l-ispejjeż għoljin tal-enerġija u tal-kapital jistgħu inizjalment jgħollu l-prezzijiet.

L-intelliġenza artifiċjali diġà qiegħda tittrasforma s-servizzi finanzjarji - mis-sistemi ta' evalwazzjoni ta' kreditu għall-identifikar ta' frodi - u qiegħda tibda ssawwar mill-ġdid l-attività tal-banek ċentrali permezz tal-awtomatizzazzjoni. Madankollu, dan iġib miegħu wkoll riskji ġodda. Fil-politika monetarja, l-intelliġenza artifiċjali tista' tirfina l-mudelli iżda tista' teħtieġ reazzjonijiet ta' politika aktar malajr. Fl-istabbiltà finanzjarja tista' ssaħħaħ is-sorveljanza iżda żżid ukoll ir-riskji ta' kontaġju jekk ma tiġix immaniġġjata b'mod responsabbli.

Il-Professur Scicluna kkonkluda li rrispettivament kemm issir avvanzata l-intelliġenza artifiċjali, huwa l-ġudizzju uman - iggwidat minn valuri u skop - li jrid jidderieġi l-użu tagħha għall-ġid tal-istituzzjonijiet u s-soċjetà.

Il-Gvernatur Scicluna

Lura lejn l-Arkivju