News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

25/06/2025 09:26:00

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta laqa’ delegazzjoni ta’ uffiċjali regolatorji mir-Repubblika tal-Kosovo

Il-Bank Ċentrali ta' Malta laqa' delegazzjoni ta' uffiċjali regolatorji mir-Repubblika tal-Kosovo sabiex uffiċjali tiegħu jaqsmu magħhom l-esperjenzi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML) u l-finanzjament tat-terroriżmu (CFT). L-uffiċjali tal-Bank taw preżentazzjonijiet dwar firxa wiesgħa ta' suġġetti relatati, inklużi l-aħjar prattika fl-AML/CFT, il-politika dwar il-pagamenti, kif ukoll il-konformità u l-interazzjoni tal-Bank ma' korpi regolatorji oħra kemm fl-ispazju tal-AML/CFT, kif ukoll fl-istabbiltà finanzjarja b'mod ġenerali.

Uffiċjali mill-Bank Ċentrali ta' Malta u mill-Bank Ċentrali tar-Repubblika tal-Kosovo
Uffiċjali mill-Bank Ċentrali ta' Malta, l-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Kosovo, il-Kunsill tal-Ewropa u
l-Bank Ċentrali tar-Repubblika tal-Kosovo

Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta

Lura lejn l-Arkivju