News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

05/06/2025 14:57:00

Tnedija ta’ muniti bit-tema tal-Imdina

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita kommemorattiva taż-€2 u munita tal‑fidda bit-tema tal-fortifikazzjonijiet tal-Imdina.

Il‑muniti ġew imnedija fil-5 ta' Ġunju 2025 waqt ċerimonja li saret fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Imdina.

Tnedija tal-Munita
Is-Sindku tal-Imdina, is-Sur Peter dei Conti Sant Manduca u s-Sur Benoit Waelkens, Chief Officer - Banking Operations, Bank Ċentrali ta' Malta

Il-munita kommemorattiva taż-€2 b'rappreżentazzjoni tal-Imdina hija t-tieni waħda minn serje ta' muniti bit-tema tal-ibliet iffortifikati Maltin. Il-muniti huma manifatturati fi kwalità brilliant uncirculated u ser jiġu ppreżentati f'coin cards kif ukoll parti mis-sett tal-2025 li jinkludi t-tmien muniti tal-euro ta' Malta.

Munita bit-tema tal-Imdina

Il-munita tal-fidda, b'rappreżentazzjoni tal-Imdina fuq in-naħa ta' wara, għandha valur nominali ta' €10, maħduma f'0.925 fidda, tiżen 28.28g, b'dijametru ta' 38.61mm u maħduma f'verżjoni proof. Fuq in-naħa ta' quddiem tal-munita tidher l‑istemma araldika tar‑Repubblika ta' Malta. L-istampar ta' din il‑munita ser ikun limitat għal 400 munita biss.

L-Imdina, il-belt kapitali antika ta' Malta, hija mżejna b'art għolja fiċ-ċentru tal-gżira u l-oriġini tagħha jmur lura għal mill-inqas is-seklu 8 QK. Oriġinarjament magħrufa bħala Melite matul il-ħakma Rumana, il-perimetru difensiv tal-belt ġie mċekken mill-Biżantini. B'mod partikolari, l-Imdina rreżistiet assedju tal-Mori fl-1429 u serviet bħala bażi militari matul l-Assedju l-kbir tal-1565. L-importanza tal-Imdina naqset wara li nbniet il-Belt Valletta. Taħt il-ħakma Ingliża, il-fortifikazzjonijiet tagħha ġew iddekummissjonati. Illum, l-Imdina hija belt storika ppreservata li tospita mużewijiet, arkivji, u siti ta' wirt storiku, u hija mniżżla fil-lista tentattiva tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO.

Il‑munita tal‑fidda u n‑naħa nazzjonali tal‑munita kommemorattiva taż‑€2 ġew iddisinjati u mnaqqxa minn Noel Galea Bason. Iż-żewġ muniti kienu maħduma fir-Royal Dutch Mint.

Group Photo

Ritratti: Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju