News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

14/04/2025

L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-laqgħa informali tal-ECOFIN f’Varsavja, il-Polonja

L‑Aġent Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, is‑Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil‑laqgħa informali tal‑Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) li saret f'Varsavja, il-Polonja, bejn il-ħdax u t-tnax ta' April 2025.

Il-laqgħa, li għaliha attendew il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-UE u l-Ministri għall-Finanzi, iffukat dwar it-tisħiħ tal-kompetittività tas-swieq finanzjarji Ewropej, b'enfasi partikolari fuq l-Unjoni tat-Tfaddil u l-Investiment u l-irwol li dawn is-swieq għandhom fit-trawwim tal-investiment. 

ECOFIN meeting
Ritratt: Unjoni Ewropea. 

Lura lejn l-Arkivju