News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

24/03/2025 08:45:00

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirma l-Istatut Malti għad‑Diversità u l‑Inklużjoni

Fl-20 ta' Marzu 2025, f'konformità mal‑impenn tiegħu li jipprovdi post tax‑xogħol ugwali u divers, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ffirma l‑Istitut Malti għad‑Diversità u l‑Inklużjoni.

Iffirmar tal-Ftehim

L-Istatut irawwem standards ogħla ta' ugwaljanza, diversità u inklużjoni. Hu bbażat fuq il-prinċipji ewlenin tar-rispett u d-dinjità, l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni, il-prattiċi inklużivi, l-edukazzjoni u l-għarfien, il-kollaborazzjoni u r-responsabbiltà.

L-Istatut kien iffirmat mis-Sinjura Helga Ellul, President taċ-Ċittadinanza Korporattiva għall-Intrapriżi Responsabbli (CORE) u s-Sur Alexander Demarco, Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.

Group Photo
Mix-xellug bilwieqfa: Is-Sur Paul Farrugia, Dr Kalina Koleva u s-Sur Julian Dingli
Mix-xellug bilqiegħda: L-Aġent Gvernatur Alexander Demarco u s-Sinjura Helga Ellul

Ritratti: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta

Is-Sur Alexander Demarco qal li "Bħala post tax-xogħol inklużiv u ugwali, il-Bank għandu l-għan li jippromwovi kontinwament id-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol u b'hekk jikkontribwixxi għal soċjetà aħjar u aktar ġusta."

Lura lejn l-Arkivju