News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
22/01/2025 12:07:00
Ħatra tal-Awtoritajiet Kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2024/886
Fid-dawl tal-applikazzjoni riċenti tar-Regolament (UE) 2024/886 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-13 ta' Marzu 2024, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 260/2012 u (UE) 2021/1230, kif ukoll id-Direttivi 98/26/KE u (UE) 2015/2366 fir-rigward ta' trasferimenti ta' kreditu istantanji f'euro, il-Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) inħatar bħala l-Awtorità Kompetenti nazzjonali skont dan ir-Regolament.
Din il-ħatra tagħti s-setgħa lill-Bank jissorvelja l-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/886, inkluż il-monitoraġġ tal-aderenza mal-istandards operazzjonali ħlief għall-Artikolu 5(d) u l-penali relatati. Dawn jaqgħu taħt il-mandat tal-Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet.
Għal aktar informazzjoni, tista' tikkuntattja lill‑Uffiċċju tal-Bank għall‑Politika dwar il-Pagamenti u l‑Konformità fuq regulation@centralbankmalta.org jew iċċempel fuq (+356) 2550 3605.
Lura lejn l-Arkivju