News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
18/12/2023 15:32:00
Il-Gvernatur Scicluna jipparteċipa f’diskussjoni tal-panel dwar l-Euro Diġitali fis-Slovenja
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa f'diskussjoni tal‑panel organizzata mill‑Bank Ċentrali tas-Slovenja bit-titlu 'Digital Euro: Cash meets Technology', fejn il-membri tal-panel iddiskutew għaliex il-banek ċentrali qed jikkunsidraw li joħorġu euro diġitali, il-benefiċċji tal-munita diġitali għall-utenti, ir-riskji potenzjali u l-effetti tal-euro diġitali fuq il-flus kontanti.


L-avveniment infetaħ mill-Gvernatur Boštjan Vasle, u l-progress tal-proġett tal-euro diġitali ġie ppreżentat minn Simon Anko, Direttur tas-Sistemi ta' Pagament u ta' Saldu fil-Bank Ċentrali tas-Slovenja. Fid-diskussjoni, ippreseduta mill-Viċi Gvernatur Marko Pahor, ħadu sehem Peter Kažimír, Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Islovakkja, Madis Müller, Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Estonja, Edward Scicluna, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Gediminas Šimkus, Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Litwanja, Boris Vujčić, Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Kroazja, u l-Gvernatur Boštjan Vasle.


Ritratti: Bank Ċentrali tas-Slovenja
Waqt l-intervent tiegħu, il-Gvernatur Scicluna qal li l-istadji preparatorji u l-proċessi tagħhom iridu jieħdu ż-żmien biex jeżaminaw u jittestjaw l-impatt tal-Euro Diġitali fuq l-ekonomija, fuq l-istabbiltà finanzjarja, u l-aktar importanti biex jiżguraw li l-politika monetarja u l-mekkaniżmu ta' trażmissjoni ma jiddgħajfux.
Lura lejn l-Arkivju