News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

26/05/2022

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jsostni l-impenn tiegħu dwar it-tħawwil tas-siġar

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar Ġnien il-Mediterran f'Raħal Ġdid fil-25 ta' Mejju 2022 sabiex iniedi l-inizjattiva għat-tħawwil tas-siġar tal-Bank Ċentrali ta' Malta għal din is-sena.

Bħala parti mill-isforzi tiegħu biex jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ambjentali, il-Bank regolarment iħawwel siġar biex jgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tiegħu tas-CO₂. Il-Bank Ċentrali ta' Malta ilu impenjat fit-tħawwil tas-siġar sa mill-2011 u, matul is-snin, kompla jsaħħaħ l-impenn tiegħu biex jikkumpensa parzjalment l-impronta ekoloġika tiegħu.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar Ġnien il-Mediterran

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, Mr Daniele Romano (Bank Ċentrali ta’ Malta – Chief Operating Officer), Mr Alan Markham (Bank Ċentrali ta’ Malta  Operations Division),
Mr Adrian Attard (Parks Malta 
 Director General) u Mr Ivan Farrugia, Direttur (Parks Malta  Embellishment). 

Din is-sena, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħadem ma’ Parks Malta biex iħawwel 250 siġra fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid, inklużi fost l-oħrajn, siġar tal-lewż, siġar tal-ħarrub, siġar taż-żebbuġ u siġar tar-rummien.

Preżenti għat-tħawwil tas-siġar ta’ din is-sena f’isem Parks Malta kien hemm id-Direttur Ġenerali ta’ Parks Malta, Mr Adrian Attard, Mr Ivan Farrugia, Direttur (Embellishment), u Mr Paul Debono, Direttur (Operations). F’isem il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Gvernatur Scicluna rrikonoxxa x-xogħol li sar minn Parks Malta u tenna l-impenn u l-ħidma tal-Bank għal ambjent aktar sostenibbli.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħadem ma’ Parks Malta biex iħawwel 250 siġra fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid

Mix-xellug: Mr Ivan Farrugia, Direttur (Parks Malta – Embellishment), Mr Alan Markham (Bank Ċentrali ta’ Malta Operations Division), Mr Daniele Romano  (Bank Ċentrali ta’ Malta – Chief Operating Officer),
il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, Mr Adrian Attard (Parks Malta – Director General) u Mr Paul Debono (Parks Malta – Operations)  

Lura lejn l-Arkivju