News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

20/05/2022

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jospita l-120 laqgħa tal-Kumitat għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna indirizza l-ftuħ tal-120 laqgħa tal-Kumitat għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITC) li saret f’Malta bejn it-18 u l-20 ta’ Mejju 2022.

Il-Gvernatur Scicluna indirizza l-ftuħ tal-120 laqgħa tal-Kumitat għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITC)

L-ITC jifforma parti mill-Kumitati tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Il-laqgħa tal-ITC ta’ din is-sena kienet l-ewwel laqgħa wara l-pandemija lil hinn minn Frankfurt u mtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Fl-indirizz tiegħu waqt il-laqgħa li għaliha attendaw aktar minn 60 parteċipant/a, il-Gvernatur Scicluna enfasizza l-importanza tal-investiment f’teknoloġiji ġodda partikolarment fir-rigward ta’ pajjiżi bħal Malta li s-sopravivenza ekonomika tagħhom tiddependi fuq id-diversifikazzjoni tas-setturi ekonomiċi speċjalment dawk ġodda. Il-Gvernatur Scicluna qal li l-banek ċentrali qed jiffaċċjaw b’mod kostanti sfidi kontinwi u sostna li “il-futur tagħna huwa bbażat ħafna fuq it-teknoloġija u li naħdmu flimkien billi ninvestu sew f’teknoloġiji ġodda tgħinna nindirizzaw flimkien l-isfidi preżenti u futuri potenzjali.” 

ITC Group Photo
Ritratti: Mr Melvin Bugeja

Peress li l-laqgħa tal-Kumitat tal-ITC saret f'Malta, il-Gvernatur kellu laqgħa privata fil-Bank Ċentrali ta’ Malta mar-rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, Ms Claudia Plattner, Direttriċi Ġenerali tas-Sistemi tal-Informazzjoni u Mr Magí Clavé, Viċi Direttur Ġenerali tas-Sistemi tal-Informazzjoni.

Lura lejn l-Arkivju