News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
16/05/2022
L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika, l-Eċċellenza Tagħha Thasia Anastasiou tagħmel żjara ta’ korteżija lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Edward Scicluna
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija mill‑E.T. Thasia Anastasiou, Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika għal Malta, il‑Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2022.
Il‑laqgħa saret fl‑uffiċċju tal‑Gvernatur. Preżenti wkoll għal‑laqgħa kien hemm Dr Kalina Koleva f'isem l-International Relations Department tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta.
Il-Gvernatur Scicluna u l-E.T. l-Ambaxxatriċi Anastasiou rreferew għal għadd ta’ sfidi li ż-żewġ pajjiżi qed jiffaċċjaw bħalissa u sostnew li “f’kuntest ikkaratterizzat minn inċertezza dejjem tikber u sfidi sinifikanti, il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna hija kruċjali.”

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, u l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika għal Malta, l-E.T. Thasia Anastasiou
(Ritratt: Melvin Bugeja)
Lura lejn l-Arkivju