News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
15/07/2021
Xogħlijiet tal-arti ta’ Emvin Cremona mislufin għall-wiri
Erba' pitturi mill-artist rinomat Emvin Cremona ġew mislufin mill-Bank Ċentrali ta' Malta biex jiġu esibiti f'wirja fil-mużew Il-Ħaġar tar-Rabat, Għawdex.
Madwar 90 biċċa xogħol tal-arti - inklużi xi wħud mill-familja tal-mibki Cremona - ser ikunu esibiti, inklużi d-disinji filateliċi prolifiċi tiegħu. Katalogu li jkopri x-xogħlijiet esibiti fil-wirja nħareġ mill-mużew.
Il-Bank Ċentrali ta' Malta għandu għaxar xogħlijiet ta' Cremona bħala parti mill-kollezzjoni tiegħu li tkopri l-biċċa l-kbira tal-artisti l-kbar Maltin.
Il-wirja tifforma parti mill-Victoria International Arts Festival miftuħa sat-28 ta' Awwissu 2021.
Cremona (27 ta' Mejju 1919 - 29 ta' Jannar 1987) studja fil-Malta School of Arts u fir-Regia Accademia delle Belle Arti f'Ruma. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f'diversi pajjiżi, inklużi l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f'Ġinevra, u l-kwartieri generali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.


Lura lejn l-Arkivju