News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
21/04/2021 14:45:00
Emendi fid-Direttiva Nru 2
Id-Direttiva Nru 2 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar Sistemi ta’ Pagament u Saldu ta’ Titoli tfittex li tnaqqas ir-riskji legali u sistemiċi assoċjati mal-parteċipazzjoni f’sistemi ta’ pagament u sistemi ta’ saldu ta’ titoli; u għandha l-għan li tnaqqas kemm jista’ jkun it-tfixkil fis-sistema kkawżat minn proċeduri ta’ insolvenza kontra parteċipant f’dik is-sistema.
Id-Direttiva hija bbażata fuq ir-rekwiżiti tad-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ pagament fis-sistemi ta’ pagament u saldu ta’ titoli kif emendata bid-Direttivi 2009/44/KE, 2010/78/UE, u 2019/879/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u Nru 909/2014.
Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-BRRDII (Direttiva 2019/879/UE), id-definizzjonijiet ta’ “kontroparti ċentrali” u “parteċipant” ġew emendati fid-Direttiva Nru 2 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Lura lejn l-Arkivju