News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
14/04/2021 15:30:00
Webinar għat-tnedija tar-Rapport Annwali għas-sena 2020 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta nieda r-Rapport Annwali tiegħu għall-2020 waqt webinar li sar it-Tlieta 13 ta’ April 2021. L-avveniment kien indirizzat mill-Gvernatur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernaturi Alexander Demarco u Oliver Bonello, u ċ-Chief Economist Aaron Grech.
Tħabbru s-sejbiet ewlenin tar-rapport, inklużi r-rapporti finanzjarji, analiżi tal-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u lil hinn minnha, u analiżi tal-politiki u l-operat tal-Bank. Il-webinar kien segwit minn diplomatiċi, stockbrokers, ekonomisti, uffiċjali minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, imsieħba soċjali u operaturi soċjoekonomiċi oħrajn. It-tnedija kienet immexxija minn Keith Demicoli u kienet tinkludi sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet għall-parteċipanti u l-ġurnalisti.
L-avveniment kollu jista’ jiġi segwit hawn taħt.


Mix-xellug: Mr Oliver Bonello – Deputat Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna – Gvernatur, Mr Alexander Demarco – Deputat Gvernatur u Dr Aaron Grech – Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Lura lejn l-Arkivju