News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

31/12/2021

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta joħroġ Direttiva 17

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id-Direttiva 17 biex jistabbilixxi kemm jista' jkun il-qtugħ massimu permess lill-banek meta jipprovdu servizzi meqjusa essenzjali lill-klijenti tagħhom. Dan sar bħala parti mill-arranġamenti tagħhom ta' kontinġenza. Dawn is-servizzi essenjzali jinkludu d-depożitu u l-ġbid l-ta' flus kontanti, id-depożitu, it-tisrif u l-ikklerjar tal-istrumenti ta' pagament, bħal ċekkijiet, drafts u strumenti simili, u għoti ta' servizzi alternattivi.

Il-bidliet, li jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2022, saru b'konsultazzjoni mal-banek u huma intiżi bħala miżura temporanja tul dan iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19. Dawn ir-regolamenti jippermettu lill-banek itawlu it-tul taż-żmien meħud sabiex jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom meta jkunu f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tqis ukoll il-miżuri li l-banek ikollhom bżonn jieħdu biex iħarsu s-saħħa tal-impjegati tagħhom. Dan filwaqt li jkomplu jagħmlu enfasi fuq l-użu tal-ATMs biex inaqqsu n-numru ta' persuni li jeħtieġu servizzi personalizzati. Peress li l-banek jistgħu wkoll ikunu qed jaħdmu b'riżorsi limitati, l-ammont ta' żmien meħud biex jiġu kklerjati ċekkijiet u drafts ġie estiż temporanjament minn tlett ijiem għal massimu ta' sitt ijiem, filwaqt li d-depożiti ta' flus kontanti jistgħu wkoll jieħdu tlett ijiem biex jiġu kklerjati.

Sadattant, il-banek għandhom xorta l-obbligu li jipprovdu servizzi ta' depożitu ta' flus kontanti għal dawk il-klijenti li m'għandhom l-ebda alternattiva oħra bħalma hu l-użu tal-ATMs. Madankollu dawn il-klijenti qed ikomplu jiġu mħeġġa jagħmlu użu mill-ħafna alternattivi oħra pprovduti li aktar jirriflettu ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Lura lejn l-Arkivju